Rolando Mandragora li dan is-sajf ingħaqad ma’ Udinese mingħand Juventus se jkun qed jitlef l-logħba kontra Fiorentina.

Dan hekk kif fil-logħba kontra Sampdoria, fejn Udinese rebħu bl-iskor ta’ 1-0, fuq it-televizjoni Mandragora deher jitkellem ħażin, tant hu hekk li l-Lega Serie A kellha tieħu azzjoni.

Fir-rapport dixxiplinari ntqal li Mandragora ma beda jirreferi għal ħadd madwaru, madankollu ritratti mit-televiżjoni wrew lil Mandragora jitkellem ħażin, billi qrawlu xufftejh.

Sors: Lega Serie A

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280