Għal ħafna nies, Ronaldo huwa bniedem b’ego kbir. Però jidher li dawn in-nies ħa jieħdu risposta. Hekk kif intqal li Juventus mhumiex ħa jagħmlu preżentazzjoni ta’ Ronaldo fil-grawnd, El Chiringuito tkellmet fuq din ir-raġuni.

El Chiringuito stqarret li kien Ronaldo stess li xtaq li tkun preżentazzjoni normali, jiġifieri dik li jiltaqa’ biss mal-ġurnalisti u cameramen fil-grawnd mingħajr spettaturi. El Chiringuito kitbet li dan juri li Ronaldo ma jixtieqx juri sens ta’ superjorità fuq it-tim u b’hekk jimxi man-norma Juventina.

Sors: El Chiringuito

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280