Ikomplu joħorġu dettalji ġodda dwar l-allegat stupru minn Cristiano Ronaldo fil-konfront ta’ Kathryn Mayorga, liema dettalji jitfgħu dubju fuq il-kredibbiltà tal-allegata vittma.
Fl-aħħar sigħat ingħad li wara li Mayorga ħalliet il-lukanda, lura fl-2009, suppost kellha tmur lejn l-isptar minħabba l-ġrieħi li tiddikjara li sofriet mir-rapport sesswali sfurzat li allegatament wettaq Ronaldo fuqha.
Madankollu, rapporti fil-midja Portugiża jgħidu li minflok, hi saqet lejn id-dar. Mhux hekk biss, iżda jingħad ukoll li Ronaldo u Mayorga rritornaw lejn l-istess nightclub (bl-isem ta’ Rain) fejn iltaqgħu, u qattgħu sigħat flimkien, wara l-allegat stupru.
Fid-dawl ta’ dan, l-avukati ta’ Ronaldo qed jippruvaw jakkwistaw il-filmati minn kameras tas-sigurtà tal-istabbiliment. Minkejja dan, din se tkun xi ħaġa diffiċli hekk kif Rain għalaq fl-2012.
Dawn l-aħbarijiet ġodda jkomplu jibnu d-difiża ta’ Ronaldo, u jingħaqdu mad-dikjarazzjonijiet li d-dokumenti pprovduti huma foloz, u d-dikjarazzjoni ta’ xufier ta’ taxi li stqarr li Mayorga tgħidx kemm ftaħret miegħu wara li kellha x’taqsam mal-Portugiż.
Sors: Correio da Manha
Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






