Juventus iridu jissottomettu l-lista ta’ plejers eliġibbli għall-edizzjoni li jmiss taċ-Champions League.
Jidher li mil-lista se jkun eskluż Marko Pjaca, għaliex se jirritorna fl-aqwa tiegħu għall-bidu tas-sena d-dieħla wara injury twila li tellfitu wkoll l-aħħar parti tal-istaġun li għadda.
Waqt li l-kundizzjoni ta’ Claudio Marchisio għad trid tiġi analizzata, hemm ukoll dubju dwar Stephan Lichtsteiner (eskluż is-sena li għaddiet) u Kwadwo Asamoah b’dawn tal-aħħar li se jikkompetu għal post wieħed.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com