Sami Khedira ilu jilgħab fuq livell professjonali sa mill-2004, b’esperjenzi ma’ VfB Stuttgart u Real Madrid apparti t-tim nazzjonali Ġermaniż.

Madankollu ddikjara li qatt daqs iż-żmien tiegħu ma’ Juventus ma esperjenza taħriġ tant intens. Waqt li kien qed jitkellem dwar l-akkwist il-ġdid Benedikt Höwedes, Khedira ddikjara hekk: “Irid iż-żmien biex jadatta ruħu għat-taħriġ intens fl-Italja. Jien ukoll, għall-bidu, ridt nidra. It-taħriġ ta’ Allegri hu l-iżjed wieħed impenjattiv f’ħajti.”

Sors: Bild

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280