Il-midfielder Ġermaniż ta’ Juventus, Sami Khedira, ġie operat b’suċċess f’qalbu wara li nstab li din qed tħabbat b’mod irregolari.

Juventus indunaw b’din il-kundizzjoni wara testijiet mediċi li saru lill-plejers qabel ħallew l-Italja lejn Spanja, għal-logħba taċ-Champions League.

Din il-kundizzjoni hi simili għal dik li għadda minnha Stephan Lichtsteiner fl-2015. Khedira mistenni jirritorna għall-azzjoni fi żmien xahar, u jkun jista’ jkompli bl-attività fiżika tiegħu bla problemi.

Sors: Calciomercato

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280