Il-logħba tant mistennija bejn Juventus u Milan mistennija tattira folla kbira ta’ spettaturi, kemm fi Stadio San Siro li se jkun sold out, kif ukoll fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni.

Fil-fatt fi Stadio San Siro mistenni jkun hemm 78,328 persuna fosthom 250 ġurnalist Taljan u barranin, 50 fotografu u 300 impjegat ta’ stazzjonijiet differenti.

Dan għaliex il-logħba se tkun trażmessa wkoll madwar id-dinja, f’200 pajjiż differenti, li bejniethom mistennija jattiraw madwar 730 miljun spettatur.

Fil-grawnd mistennija wkoll diversi spettaturi rinomati bħall-kowċ tal-Italja Giampiero Ventura, it-Team Manager tan-nazzjonal Lele Oriali, il-President tar-Regione Lombardia Roberto Maroni, l-eks Amministraturi Delegati ta’ Milan Barbara Berlusconi u Adriano Galliani, il-membru tal-Kumitat Internazzjonali Olimpiku Ivo Ferriani u l-eks plejers ta’ Milan Franco Baresi, Filippo Galli, Daniele Massaro, Paolo Maldini, Aldo Maldera, Pietro Vierchowod, Massimo Oddo, Mauro Tassotti, Christian Vieri, Angelo Carbone, Marek Jankulovski u Giuseppe Favalli.

Mistennija wkoll diversi persuni rinomati fix-xena tal-ispettaklu bħal Teo Teocoli, Diego Abatantuono, Francesco ‘Franz’ Villa, Emis Killa, il-plejer tal-basketball Zoran Dragić, l’eks champion tad-dinja tal-boxing Giacobbe Fragomeni kif ukoll Renzo Rosso, Simona Ventura, Pamela Prati, Giorgia Palmas u Andrea Montovoli fost l-oħrajn.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280