Il-partitarji Juventini qed jirriskjaw li jkollhom jistennew iktar milli mistenni biex jesperjenzaw id-debutt tal-attakkant Cristiano Ronaldo.

Dan hekk kif il-President ta’ Crotone Gianni Vrenna ta struzzjoni lill-istaff legali tal-klabb biex jitlob li Chievo Verona ma jilagħbux logħob tas-Serie A sakemm jinqata’ proċess li għaddej kontrihom.

Chievo qed ikunu investigati fuq akkużi li ffalsifikaw il-bilanċi tagħhom billi biegħu plejers għal somom li ma jirriflettux il-valur tas-suq tagħhom.

Jekk l-appell ta’ Crotone jintlaqa’, il-logħob kollha ta’ Chievo jiġu posposti sakemm tingħata sentenza fil-konfront tagħhom. Jekk ma jinstabux ħatja, il-logħob tagħhom jintlagħbu f’dati oħra waqt li jekk jinstabu ħatja u jiġu relegati, allura kull logħba tagħhom tiġi trasferita għal kontra l-klabb li jieħu posthom.

Sors: Radio Radio

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280