L-avukat ta’ Kathryn Mayorga, li qed takkuża lil Cristiano Ronaldo li stupraha, iddikjara li se jikkuntattja lit-tfajliet kollha li matul is-snin kellhom relazzjoni mal-Portugiż.
Fost dawk li mistenni javviċina hemm Irina Shayk, Paris Hilton u Kim Kardashian. “L-eks tfajliet tiegħu jistgħu jtuna ħjiel dwar il-kondotta tiegħu. Irrid nitkellem ma’ kull tfajla li tafu b’mod intimu biex b’hekk nibnu profil tal-komportament tiegħu,” iddikjara l-avukat Stovall.
Fl-istess waqt tkellmet ukoll Raffaella Fico, li ddikjarat li qattgħet 11-il xahar bħala t-tfajla tiegħu. “F’dak iż-żmien kien għadu plejer ta’ Manchester United. Kienu 11-il xahar ta’ mħabba. Nafu bħala bniedem normali, trankwill, sempliċi u li miegħi kien ġentili.”
Sadattant il-Pulizija ta’ Las Vegas iddikjarat li mhux minnu li ntilfu l-provi dwar il-każ li seħħ fl-2009, kif intqal mill-avukat tal-allegata vittma, u li fil-futur qrib għandha tkellem lil Ronaldo, għall-inqas għalissa bħala persuna interessata fl-investigazzjoni u mhux bħala akkużat jew ħati.
Sors: Observador/Radio 1 Rai
Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com