Futur inċert għar-regola tal-gowls skurjati minn klabb li jkun qed jilgħab barra minn daru. S’issa, gowl away skurjat f’logħob b’żewġ legs jgħodd doppju f’każ li l-logħba tintemm fi draw.
Kien Giorgio Marchetti, Direttur tal-Kompetizzjonijiet tal-UEFA, li ħabbar din il-bidla possibbli u li qed tkun diskussa fuq talba tal-coaches stess.
“Il-coaches jemmnu li m’għadux diffiċli daqs kemm kien qabel li l-iskwadra tiskurja gowl f’grawnd li mhux tagħha. Jemmnu li din ir-regola għandha tiġi riveduta, u hekk se nagħmlu għaliex il-loġika hi li l-futbol inbidel u l-gowls away m’għadx għandhom l-istess piż tal-passat.”
Ħabbar ukoll li ħafna jemmnu li din hi regola kontroproduċenti għaliex qed twassal biex l-iskwadri li jkunu qed jilgħabu barra minn darhom jinżlu jiddefendu minflok jattakkaw.
Sors: UEFA
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com