Hekk kif Juventus qed jiċċelebraw il-120 sena mit-twaqqif tal-klabb, iċ-ċelebrazzjonijiet se jkomplu wkoll b’wirja li se ssir il-Ħamis li ġej fil-JMuseum.
Dan hekk kif se jkun hemm wirja temporanja dwar l-istorja ta’ Juventus, fosthom permezz ta’ kitbiet, stampi u filmati, films, kanzunetti kif ukoll permezz ta’ oġġetti sinifikanti relatati mal-klabb.
Sadattant illum Juventus se jilagħbu bi flokk kommemorattiv stil antik, li minnu saru biss 1897 kopja (is-sena tat-twaqqif ta’ Juventus, u li diġà huma kważi kollha mibjugħa.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com