Li l-plejer Kroat Luka Modrić kien il-favorit nett tal-ġurnalisti għar-rebħ tal-Ballun tad-Deheb ftit li xejn hemm dubju. Id-distakk fuq Cristiano Ronaldo hu xhieda ta’ dan.

Iżda fl-aħħar sigħat żviluppa skandlu ieħor fid-dinja tal-futbol internazzjonali. Jirriżulta li vvutaw ġurnalisti li ma jeżistux u oħrajn li l-vot tagħhom inbidel.

Dan hekk kif sar magħruf li Abdou Boina, il-ġurnalist li vvota f’isem il-Gżejjer Comores, fil-fatt ma’ jeżistix. Boina suppost jaħdem għas-sit Albalad Comore iżda din il-kumpanija għalqet sitt snin ilu waqt li l-President tal-midja sportiva tal-pajjiż żied li Abdou Boina ma jeżistix.

Akkużi fil-konfront tal-FIFA anke mill-ġurnalist li vvota f’isem it-Trinidad and Tobago. “Ivvutajt lil Messi, Modrić, Ronaldo, Salah u Griezmann f’dik l-ordni,” iddikjara Lasana Liburd, li fil-lista uffiċjali jidher li vvota lill-istess plejers iżda bil-kontra, b’Messi l-aħħar u Griezmann fl-ewwel post.

Sors: Sportmediaset

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280