L-istatistika tal-bidu ta’ dan l-istaġun, għalkemm għadna fi stadju pjuttost prematur, qed turi li Cristiano Ronaldo nbidel mindu ngħaqad ma’ Juventus.

Filwaqt li kompla jiskurja b’rata impressjonanti, tant li sar l-ewwel plejer f’61 sena li skurja 10 gowls fl-ewwel 14-il logħba, il-Portugiż qed juri wkoll li hu plejer tal-iskwadra.

Fl-ewwel żewġ staġuni ma’ Real Madrid, Ronaldo kien ħoloq 75 u 65 ċans lil sħabu waqt li l-ammont niżel drastikament għal 31 u 38 fl-aħħar tnejn.

Minn 14-il logħba fis-Serie A, s’issa hu ħoloq 25 ċans. Jekk ikompli b’din ir-rata, mistenni jgħaqqad l-aħjar ċifra sa mill-2014/15.

Minbarra l-gowls, hu biss Miralem Pjanić li għandu medja aħjar ta’ passes deċiżivi f’kull logħba. S’issa, Ronaldo għaqqad ħames assists, tlieta iktar minn kull plejer ieħor ta’ Juventus u t-tieni l-iktar fis-Serie A. L-istaġun li għadda għalqu b’ħames assists minn 27 logħba f’La Liga, waqt li f’dak preċedenti kellu 6.

Fis-Serie A, Ronaldo għandu wkoll l-aqwa medja ta’ xuttijiet f’kull logħba, 7.1, segwit minn Lorenzo Insigne b’4.7. FI ħdan Juventus, isegwih Dybala b’2.4.

Sors: Sky Sports

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280