Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-FIGC ta sospensjoni ta’ logħba lill-plejers kollha tal-iskwadra ta’ taħt il-15-il sena ta’ Juventus.
Dan wara li l-plejers, waqt li kienu qed jiċċelebraw ir-rebħ tal-logħba kontra Napoli, mis-semifinali tal-Final Four Scudetto, qabdu jkantaw kori meqjusa bħala offensivi fil-konfront tal-avversarji.
Skont is-sentenza, il-kori kienu wkoll offensivi fil-konfront ta’ poplu sħiħ għax kienu fil-konfront ta’ Napli. Juventus weħlu wkoll multa ta’ €60,000.
Sors: Ansa
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






