Il-kuntratt tal-Iżvizzeru Stephan Lichtsteiner jiskadi fi tmiem Ġunju li ġej, bil-konsegwenza li jista’ jħalli l-klabb b’xejn u saħansitra jilħaq ftehim ma’ klabb ieħor f’Jannar.

Jidher li bejn iż-żewġ partijiet ftit li xejn hemm interess li jiġi ffirmat kuntratt ġdid, u d-dubju hu dwar jekk il-plejer hux se jħalli l-klabb f’Jannar jew f’Ġunju.

Dan hekk kif fl-aħħar ġimgħat jidher li sar kuntatt minn Marseille kif ukoll minn Valencia mad-diriġenti ta’ Juventus. Madankollu, jidher li l-plejer jippreferi li jtemm l-istaġun biex ifittex klabb hu.

Sors: La Stampa

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280