Huma l-partitarji Juventini li qed iħallsu għas-suċċess ta’ Juventus fil-kompetizzjonijiet differenti u għal-lussu u daqs żgħir tal-Allianz Stadium.

Dan joħroġ minn studju tal-BBC li analizza l-prezzijiet tal-abbonamenti u l-biljetti ta’ klabbs differenti u li minnu joħroġ kif dawk ta’ Juventus huma fost l-ogħla.

Fil-fatt jirriżulta li l-abbonament fl-Allianz Stadium hu r-raba’ l-ogħla fl-Ewropa. Dan hekk kif abbonament fl-iktar settur li jiswa flus fl-Allianz Stadium jiswa €1,795 fl-ewwel sular tat-Tribuna Est Centrale (fir-ritratt, il-prezz hu ta’ €1,672 minħabba rata tal-kambju favorevoli meta mqabbel mal-isterlina). Dan hu l-ogħla minn fost it-Taljani b’żieda ta’ 44% mill-2012.

Dan hu wkoll xhieda tal-mentalità tal-klabb ta’ Juventus, bid-diriġenti jisfruttaw id-domanda u l-postijiet limitati biex jagħmlu l-ikbar profitt possibbli u fl-istess waqt jagħżlu l-pubbliku b’mod indirett.

Sors: BBC

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280