Wara li matul l-istaġun li għadda l-VAR kienet ittestjata b’suċċess fl-Italja, issa tħabbar tibdil u żviluppi li huma intenzjonati li jsaħħu din is-sistema.
Fl-aħħar sigħat fil-fatt sar magħruf li mill-istaġun li jmiss, ir-ripetizzjonijiet tal-azzjonijiet dubjużi li jirrikjedu l-analiżi tal-VAR se jibdew jintwerew fuq big screen fl-istadiums rispettivi.
Din il-bidla għandha l-għan li tkompli tnaqqas il-kontroversja u l-protesti, hekk kif issa kull min ikun preżenti se jara l-azzjoni mill-ġdid.
Madankollu, hemm diversi regoli, fosthom li mhux se jkun permess li jintwerew mill-ġdid azzjonijiet kontroversali, bħal f’każ ta’ azzjoni dubjuża minħabba fawl jew penalty.
Se jintwerew mill-ġdid ukoll gowls li jkunu magħduda bħala validi mill-uffiċjal tal-logħba, gowls konvalidati bil-Goal Line Technology (iżda biss wara li r-referee jkun ħa deċiżjoni u bil-logħob wieqaf) u azzjonijiet spettakolari.
Fil-każ tal-VAR, meta referee jiddeċiedi li juża din it-teknoloġija, fuq il-big screen tal-grawnd se tiittella’ l-kelma VAR u l-filmat jixxandar mill-ġdid eżatt kif ukoll ixxandar fuq it-televiżjoni. Dan biss wara li r-referee jkun ħa deċiżjoni u dejjem waqt li l-logħob ikun wieqaf.
Ir-regoli jgħidu wkoll li l-użu tal-big screens se jsir biss sakemm ma jintwerewx filmati li jistgħu jinfluwenzaw l-andament tal-logħob, azzjonijiet kontroversjali li jistgħu jwasslu biex jinkoraġġixxu jew jinċitaw xi diżordni pubbliku inkella filmati li juru diżordni pubbliku, diżubbidjenza ċivili u/jew materjal offensiv (bħal strixxuni jew bnadar) kemm fost il-partitarji kif ukoll fil-grawnd.
Mhux permess lanqas li jintwerew mill-ġdid filmati li jistgħu jwasslu għal kritika, inkella li tiġi kompromessa jew imtappna r-reputazzjoni, pożizzjoni jew awtorità tar-referee, plejers jew xi figura oħra preżenti fl-istadium.
Sors: Lega Serie A
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com