Il-UEFA allertat lill-awtoritajiet Franċiżi dwar dubji fuq logħba mill-fażi tal-gruppi taċ-Champions League li ntlagħbet nhar it-3 t’Ottubru.

Il-logħba hi bejn PSG u Red Star, li ntrebħet mill-Franċiżi bi skor kbir ta’ 6-1. Jidher li l-informazzjoni dwar tbagħbis f’din il-logħba ħarġet minn sors li qed jitqies bħala affidabbli.

Jingħad li l-ewwel informazzjoni hi li diriġent tas-Serbi kellu l-intenzjoni li jilgħab il-flus, flimkien ma’ kompliċi, is-somma ta’ $5 miljun fuq telfa tat-tim tagħhom b’iktar minn ħames gowls differenza.

Intqal ukoll li d-diriġent taħt il-lenti tal-investigazzjoni hu fost l-ogħla fi ħdan l-iskwadra u saħansitra involva wkoll lil uħud mis-sidien tal-klabb biex jaċċerta ruħu minn rebħa ta’ diversi miljuni.

Sors: L’Equipe

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280