Il-FIFA kkonkludiet investigazzjoni dwar it-trasferiment ta’ Paul Pogba mingħand Juventus għal Manchester United.
Dan wara li mill-€105 miljun tat-trasferiment ta’ Pogba, Raiola akkwista €27 miljun mingħand Juventus, United se jgħaddulu €19.4 miljun oħra sa Settembru tal-2020 u €2.6 miljun oħra bħala kumpens mill-plejer innifsu.
Madankollu, il-FIFA ma sabet l-ebda ħtija min-naħa ta’ Juventus, tant li l-President Andrea Agnelli fl-aħħar sigħat ħabbar li mhux se jkun hemm azzjoni jew sanzjonijiet fil-konfront ta’ Juventus.
Dwar dan il-każ, iktar kmieni matul is-sajf kienu ddikjarati bla ħtija anke Manchester United.
Sors: ESPNFC
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com