Fl-ewwel kummenti wara r-rebħa kontra Fiorentina, il-kowċ Massimiliano Allegri ammetta li dawn kienu tliet punti importantissmi ħafna meta tqis il-logħob li ġejjin fi ftit jiem għall-Bianconeri.

“Din kienet rebħa importanti ħafna, kemm għax bqajna ma’ ta’ fuq u anke għaliex żammejna clean sheet. Minkejja li sofrejna xi ftit fl-ewwel taqsima, bqajna kalmi u ħdima bil-għaqal. L-iktar ħaġa importanti kienet li nġibu r-riżultat u l-plejers ħaqqhom kull tifħir.”

Sors: Mediaset Premium

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com