Minkejja r-riżultat sabiħ fid-Derby kontro Torino, ma nistgħux ngħidu li kien daqsekk sabiħ għall-familjari ta’ partitarju Juventin li kien jismu Marco, sfortunatament miet wara li ħassu ħażin u waqa’ fil-Curva Sud waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tar-raba’ goal Juventin.

Il-membri tas-sigurtà ntebħu mill-ewwel b’dan il-partitarju u immedjatament ittieħed l-isptar fejn sfortunatament tilef il-battalja qabel wasal l-isptar.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com