Waqt diskussjoni fuq Sky Sport u Mediaset Premium rispettivament, il-ġurnalisti Trevisani u Bargiggia qablu li Juventus kapaċi jiksbu post fiċ-Champions League anke jekk Massimiliano Allegri joħroġ bit-tieni skwadra.
Huma għaqqdu formazzjoni 4-2-3-1 b’Kean fl-attakk, Pjaca u Douglas Costa warajh waqt li Bernardeschi jaqdi rwol ta’ midfielder avvanzat. Fil-midfield, il-koppja Marchisio u Matuidi waqt li mal-linji jilagħbu De Sciglio u Asamoah, b’Barzagli u Benatia bħala difensuri ċentrali. Il-goalkeeper Szczęsny jiddefendi l-lasta.
Sors: Sky Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com