Hekk kif iktar kmieni din il-ġimgħa ħarġet aħbar li Higuaín jaf ikun titolari kontra Sassuolo, illum fis-sessjoni tat-taħriġ, f’partitella kontra Magenta, il-Pipita Higuaín skurja tliet gowls. Tliet gowls li jibqgħu jħeġġu lill-partitarji Juventini li jaraw lil Higuaín b’din il-forma letali anke fil-kampjonat u fil-kompetizzjoni Ewropea.
Il-partita spiċċat bl-iskor ta’ 6-0, u apparti l-gowls ta’ Higuaín, Evra laqat il-mimduda. Il-gowls l-oħra ġew skurjati mit-talent Kean u Mosti, filwaqt li s-sitt gowl ġie minn żball tad-difiża ta’ Magenta.