Il-Lega Serie A ddeċidiet id-data li fiha se jintlagħbu l-logħob li ġew posposti lbieraħ kawża tal-mewt tal-plejer Davide Astori.
B’din id-deċiżjoni, il-logħob bejn Atalanta-Sampdoria Benevento-Verona, Chievo-Sassuolo, Genoa-Cagliari, Torino-Crotone u Udinese-Fiorentina se jintlagħbu t-Tlieta 3 u l-Erbgħa 4 t’April.
Dan ifisser li la se jkun hemm tibdil fil-finali tal-Coppa Italia (s’issa, għaliex id-data tad-9 ta’ Mejju għad mhix uffiċjali) bejn Juventus u Milan, u lanqas se jinħolqu problemi għal-logħba bejn Juventus u Atalanta li tintlagħab fl-14 ta’ Marzu.
Għad mhix deċiża d-data tad-derby bejn Milan u Inter għaliex din tiddependi mill-eliminazzjoni jew avvanz ta’ Milan fl-Europa League.
Sors: Lega
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com