EA Sports ħabbru li Juventus se jiddominaw il-faċċata tal-logħba FIFA 2019.

B’filmat fuq il-midja soċjali, fejn bla dubju jispikka Cristiano Ronaldo bil-flokk ta’ Juventus, jidhru wkoll Emre Can, Giorgio Chiellini, Douglas Costa kif ukoll Paulo Dybala.

Huma akkumpanjati mill-motto: ‘Champions Rise’, hekk kif b’dan il-filmat FIFA qed tirriklama għażla ġdida li wieħed jista’ jilgħab f’din il-logħba.

Dan ifisser ritorn għal Juventus fil-faċċata ta’ din il-logħba, wara li Alessandro Del Piero kien deher fl-edizzjoni tal-2004.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280