Id-difensur Leonardo Bonucci qal li kienu mumenti ta’ rabja li wassluh biex iħalli lil Juventus.
Mistoqsi ripetutament mill-midja, fl-aħħar u wara sena ta’ spekulazzjoni, ikkonferma li hu minnu dak irrappurtat fil-midja, jiġifieri li kellu argument mal-kowċ Massimiliano Allegri.
Qal li s-sitwazzjoni kienet wasslitu biex ma jibqax komdu u allura ma setax jagħti l-aħjar tiegħu. Madankollu, iddikjara li minn dak iż-żmien kien hemm diversi episodji fejn iltaqa’ ma’ Allegri fil-grawnd u barra.
“Kien hemm iċ-ċans li niċċaraw l-affarijiet. Illum ir-relazzjoni tagħna hi waħda perfetta. Bħala bnedmin intelliġenti tgħannaqna kif għamilna għal diversi drabi oħra,” li fakkar kif wara l-argument bejn it-tnejn iddedika l-premju ta’ wieħed minn fost it-Top 11 lil Allegri, li fi kliemu għenu jitjieb.
Minkejja dan ddikjara li ħalla l-klabb biex ingħaqad mar-rivali b’għafsa t’id ta’ ħbiberija u tgħanniqa u esprima s-sodisfazzjon li rritorna fil-post li rrefera għalih bħala daru. Qal li l-problemi tal-passat issa huma warajh u kuntent.
“Kont naf li xi darba se nkun irrid nirritorna. Illum il-bidu ta’ esperjenza ġdida, bi stimoli u sfidi ġodda. Inħoss li sirt raġel aħjar, għalkemm fadalli x’nitjieb,” iddikjara Leonardo Bonucci.
Waqt il-preżentazzjoni tiegħu, saħansitra ħabbar li l-familja tiegħu, jew għallinqas parti minnha, baqgħet f’Turin waqt li hu ngħaqad ma’ A.C. Milan.
Sors: Juventus
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com