Illum ġiet konfermata l-aħbar li Juventus se jkunu qed jaffaċċjaw lill-Ingliżi ta’ Tottenham Hotspur f’logħba ta’ ħbiberija ġewwa Wembley Stadium fil-5 t’Awissu li ġej.

Il-kowċ tal-iSpurs Mauricio Pochettino tkellem ukoll dwar din il-partita.

“Din il-partita se tkun parti importanti ħafna fil-preparazzjonijiet tagħna għall-bidu tal-kampjonat li se jkun qed jibda ġimgħa wara. Fil-pre-season tal-istaġun li għadda lgħabna kontra Juventus fl-Awstralja u kienet logħba interessanti ħafna.”

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280