Statistika ppubblikata minn Tuttosport tikkonferma li l-kowċ attwali ta’ Juventus, Massimiliano Allegri, hu fost l-ewwel fil-lista ta’ kowċis fl-istorja tal-klabb jekk wieħed jikkunsidra l-ammont ta’ trofej li rebaħ ikkumparat mal-ammont ta’ logħob li fihom mexxa l-iskwadra.

Din hi l-istatistika uffiċjali:

1. Giovanni Trapattoni: 13-il staġun bi 319-il rebħa minn 596 logħba (53.5%) u 14-il trofew mirbuħ;
2. Marcello Lippi: 8 staġuni b’227 rebħa minn 405 logħbiet (56%) u 13-il trofew mirbuħ;
3. Massimiliano Allegri: 4 staġuni b’148 rebħa minn 208 logħbiet (71.1%) u 7 trofej mirbuħa;
4. Carlo Carcano: 5 staġuni b’111-il rebħa minn 161 logħba (68.9%) u 5 trofej mirbuħa;
5. Antonio Conte: 3 staġuni b’102 rebħiet minn 151 logħba (67.5%) u 5 trofej mirbuħa;
6. Carlo Parola: 5 staġuni b’127 rebħa minn 218-il logħba (58.2%) u 5 trofej mirbuħa;
7. Fabio Capello: 2 staġuni bi 68 rebħa minn 105 logħbiet (64.7%) u 2 titli mirbuħa;
8. Heriberto Herrera: 5 staġuni b’100 rebħa minn 215-il logħba (46.5%) u 2 trofej mirbuħa;
9. Čestmír Vycpálek: 4 staġuni bi 80 rebħa minn 159 logħba (50.3%) u 2 trofej mirbuħa;
10. Dino Zoff: 2 staġuni bi 53 rebħa minn 104 logħbiet (50.9%) u 2 titli mirbuħa;
11. Virginio Rosetta bi 80 rebħa minn 172 logħba (46.5%) u trofew wieħed mirbuħ;

Sors: Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280