Il-UEFA għadha kemm tħabbar li mis-sena d-dieħla, il-kompetizzjoni UEFA Champions League se tuża s-sistema VAR (Video Assistant Referee). Il-UEFA żiedet tgħid li din ħa tintuża wkoll fil-kompetizzjonijiet Ewropej tal-2020 u fis-Super Cup Ewropea.

Ta’ min jinnota li din l-aħbar ħarġet ftit qabel l-aħbar li Cristiano Ronaldo ħa jkun qed jiġi sospiż logħba waħda biss, wara t-tkeċċija ġewwa Valencia.

Interessanti l-fatt li l-Ingilterra u Franza se jkunu l-iktar 2 kompetizzjonijiet segwiti li ma tintużax dis-sistema VAR, hekk kif din ġa bdiet tintuża fl-ogħla kampjonati fi Spanja, fl-Italja u fil-Ġermanja.

Il-VAR, li għall-bidu kienet ikkritikata bil-kbir, saret għodda importanti ħafna fil-futbol, biex dejjem tnaqqas żbalji umani li jistgħu jaffettwaw riżultat ta’ partita. Fl-2018, fil-FIFA World Cup, intużat il-VAR għall-ewwel darba f’din il-kompetizzjoni.

Sors: UEFA

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280