L-internazzjonali Ġermaniż Benedikt Höwedes se jerġa’ jkun barra mill-azzjoni wara li sofra injury fil-koxxa li mhux qed tħallih ikun komdu biex jilgħab.
Minħabba din il-problema li għandu f’muskolu fil-koxxa jrid il-mistrieħ neċċesarju biex jerġa’ jiffunzjona sew, u b’hekk lil Höwedes mhux mistennija nerġgħu narawh fl-azzjoni qabel is-sena 2018.
Din l-aħbar żgur li mhux se tinżel tajjeb mad-diriġenza Juventina li żgur li se jkunu qegħdin jiddiskutu biex itemmu l-kuntratt li Höwedes għandu b’self u jirritorna ma’ Schalke 04.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com