Il-goalkeeper ta’ Juventus Gianluigi Buffon m’eskludiex li jestendi l-esperjenza tiegħu ma’ Juventus.
“Sa Ġunju nibqa’ plejer, għaliex inħoss li għandi sens ta’ responsabbiltà importanti fil-konfront ta’ sħabi fl-iskwadra, id-diriġenti u s-soċjetà li tant fdaw fija,” iddikjara Buffon.
Kompla li “teżisti relazzjoni tajba ħafna, ta’ ħbiberija, ma’ Andrea Agnelli. Meta jasal Ġunju niltaqgħu u nitkellmu b’serenità. Niddeċiedu jekk inkomplux, jew inkella jkunx ġust li nieqfu.”
Sors: TuttoJuve
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com