Minkejja li ġie analizzat il-gowl ta’ Mario Mandžukić anke bl-użu tal-VAR, id-deċiżjoni tar-referee Daniele Doveri tibqa’ tqajjem il-kontroversja.
Issa, skont La Gazzetta dello Sport, ir-referee saħansitra qed jirriskja sospensjoni ta’ żewġ logħbiet għaliex ma ġiex apprezzat il-mod li bih aġixxa f’dan il-każ.
Dejjem skont l-istess ġurnal Taljan, id-deżinjatur tar-referees Nicola Rizzoli m’aċċettax l-attitudni ta’ Doveri li allegatament qal lill-uffiċjal tal-VAR, Mariani, li “jekk mess il-ballun allura għalija m’hemm xejn.”
Iżda minkejja li ġie aċċertat li kien hemm kuntatt mal-ballun, Doveri xorta waħda mar għall-VAR, minflok assuma r-responsabbiltà, biex bħallikieku juri lil kulħadd li kellu raġun. Dan qed jitqies bħala episodju ta’ użu żbaljat tat-teknoloġija.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com