Sena ilu, Juventus kienu tilfu bl-iskor ta’ 3-1 kontra Genoa fil-Marassi u wara din il-logħba ġiet żvolta oħra li waslitna biex irbaħna doppjetta domestika u finali taċ-Champions League.

Ġimgħa ilu, żidna dan ir-rekord negattiv ġewwa l-Marassi, meta tlifna bl-iskor ta 3-2 kontra Sampdoria. Imma madankollu, fl-aħħar logħba dehret Juventus totalment differenti (almenu fit-tieni taqsima), u ġew 3 punti importanti kontra Crotone, 3 punti li jżommuna viċin Napoli u Inter.

U huwa għalhekk li issa ġej xahar importanti. Diċembru ħa jkun mimli logħob importanti. Nhar il-Ġimgha hemm il-logħba kontra Napoli f’San Paolo, kontra l-Inter fid-9 ta’ Diċembru ġewwa darna, mal-Bologna barra minn darna u kontra Roma fit-23 ta’ Diċembru. Qalb dawn insibu wkoll il-logħba importantissima kontra Olympiakos li tista’ tfisser eliminazzjoni jew passaġġ għall-aħħar sittax.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280