Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri ttimbra lill-goalkeeper Wojciech Szczesny bħala l-futur ta’ Juventus wara prestazzjoni mill-aqwa fil-logħba kontra Roma.

“Meta rajt lil Patrik Schick jiġri lejn Szczesny għidt ‘Madonna’, imma hu goalkeeper kbir. Għandi żewġ goalkeepers mill-aqwa. Wieħed li kiteb l-istorja tal-futbol, l-ieħor li hu l-futur ta’ Juventus,” iddikjara Allegri. Szczesny kien determinanti f’mill-inqas tliet okkażjonijiet matul din il-logħba hekk importanti.

Attwalment Gianluigi Buffon mhux jilgħab minħabba injury, għalkemm ftit li xejn hu magħruf dwar minn xiex qed isofri u kemm fadallu barra.

Sors: Sky Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280