l-goalkeeper ta’ Juventus Wojciech Szczęsny jinsab għaddej minn żmien tajjeb ħafna u l-figuri jikkonfermaw dan.

Il-goalkeeper Pollakk preżentement jinsab bl-aqwa medja fil-kampjonat Taljan hekk kif minn 8 logħbiet li s’issa kien qed jiddefendi l-lasta Juventina huwa sofra biss 5 gowls biex b’hekk għandu l-medja ta’ 0.6 kull partita.

Flimkien miegħu bl-istess medja hemm il-goalkeeper ta’ Roma Allison filwaqt li fit-tielet post hemm il-goalkeeper José Pepe Reina u Samir Handanović b’medja ta’ 0.8. Fil-ħames post insibu lil Gianluigi Buffon li fl-10 partiti li s’issa kien preżenti fil-ground, għandu l-medja ta 0.9.

Minkejja li ħafna partitarji Juventini jinsabu ddispjaċuti minħabba l-injury li għandu Buffon, żgur li postu qed jieħdu sew Szczęsny li qed jikkonferma li hu s-sostitut denju tal-leġġenda Juventina.

Sors: La Stampa

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280