Għall-aħħar jiem dawk li qabel kienu jsegwu Jtv, li qabel kien jismu Juventus Channel, m’għadhomx jistgħu jagħmlu dan fuq it-televiżjoni.
Jirriżulta li d-deċiżjoni ttieħdet minn Juventus b’mod speċjali minn lat ekonomiku, għar-raġuni li l-istazzjon ma kienx se jibqa’ profittabbli.
Dan anke għaliex fil-passat Sky kienu jinvestu sew f’dan l-istazzjon, hekk kif ma kellhomx id-dritt li jxandru l-logħob taċ-Champions League b’mod dirett, waqt li Jtv seta’ jagħmel dan wara nofsillejl.
Issa li ċ-Champions League se tirritorna fuq Sky, l-istess stazzjon m’għadx għandu l-bżonn li jinvesti daqstant fuq Jtv, tant li l-ftehim ma kienx se jiġġedded.
Id-deċiżjoni madankollu hi wkoll waħda strateġika hekk kif l-istazzjon, fil-ġimgħat li ġejjin, mistenni jibda jxandar bħala stazzjon innovattiv fuq l-Internet. B’hekk Juventus se jkomplu jsaħħu l-investiment maġġuri li sar fl-aħħar snin fis-sit tagħhom fuq l-Internet kif ukoll fuq il-midja soċjali.
Sors: ilbianconero
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com