L-avviż minn Juventus li fl-14 ta’ Ġunju mhux se jkun possibbli li wieħed jattendi għal Stadium Tours tal-Allianz Stadium ħolqot diversi xnigħat li dakinhar jista’ jiġi żvelat il-kowċ il-ġdid.
Madankollu dan mhux il-każ. Jidher li r-raġuni prinċipali hi waħda kummerċjali, hekk kif fl-Allianz Stadium mistennija attività minn wieħed mill-isponsors ta’ Juventus:: De Cecco.
Din id-ditta Taljana tal-għaġin hi waħda mill-isponsors uffiċjali tal-klabb.
Sors: Francesco Ceccotti
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com