Cristiano Ronaldo se jiżżewweġ lil Georgina Rodriguez, it-tfajla tiegħu sa mill-2016, meta ltaqgħu waqt festin ta’ Dolce e Gabbana. Flimkien, fl-2017 imbagħad kellhom lil Alana Martina.

L-ispekulazzjoni kienet ikkonfermata meta Ronaldo u Georgina dehru ħerġin mill-knisja Gran Madre di Dio ta’ Turin, liema żjara jidher li kienet intiża biex jaraw il-post fejn se jiżżewġu.

Jingħad li ċ-ċerimonja se ssir fil-waqfa tal-kampjonat bejn Diċembru u Jannar.

Sors: Gente

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280