Hekk kif qed noqorbu lejn ġimagħtejn mingħajr logħob għat-tim tan-nisa ta’ Juventus, il-klabb għandu 15-il plejer li se jkunu impenjati fil-logħob man-nazzjonal.

Mal-Italja, Juventus għandhom imsejħa tmien plejers, jiġifieri Lisa Boattin, Barbara Bonansea, Aurora Galli, Sara Gama, Laura Giuliani, Benedetta Glionna, Martina Rosucci u Cecilia Salvai.

Dan hekk kif l-Italja se tkun impenjata fis-Cyprus Cup 2018 fejn jipparteċipaw ukoll il-Finlandja, li magħhom hemm il-Juventini Tuija Hyyrynen u Sanni Franssi.

It-tim nazzjonali tan-Norveġja se jieħu sehem fil-Garve Cup, li magħhom tilgħab il-Juventina Ingvild Isaksen.

Impenjati wkoll Katie Rood, minn New Zeland, li mistennija tilgħab żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Iskozja, waqt li mal-U19s tal-Italja ssejħu Sofia Cantore, Arianna Caruso u Vanessa Panzeri għat-turnew “La Manga.”

Sors: TuttoJuve

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280