L-1 ta’ Lulju hija data importanti ħafna għall-futbol u għal kull partitarju. Il-ftuħ tas-suq tat-trasferimenti, fejn f’nofs is-sajf il-klabbs kollha Ewropej u madwar id-dinja jipprovaw isaħħu l-inforzi tagħhom għall-istaġun li jkun ġej, b’akkwisti u bi tluq ta’ xi plejers mill-iskwadra.

Fost dawn, il-klabb tant għal qalbna, Juventus!

Ħafna ismijiet diġà ssemmew u xejn mhuwa ċert ħlief li l-iktar akkwisti li jinsabu viċin Juventus bħalissa: il-Brażiljan ta’ Barcelona Dani Alves, u Miralem Pjanić.

Dani Alves stqarr u kkonferma li se jitlaq il-klabb Spanjol u diġà wera tip ta’ ħjiel li jista’ jingħaqad maċ-Champions Taljani. Però sakemm tasal l-uffiċjalità kollox jista’ jinbidel.

Mateo Kovačić, Miralem Pjanić, Medhi Benatia, Edinson Cavani, Domenico Berardi, Gabriel Jesus, Ricardo Saponara. Kollha plejers imsemmija li jistgħu jingħaqdu ma’ Juventus, jew li forsi ħafna nies qed jgħidu li Juventus xeħtu għajnejhom fuq dawn il-plejers.

Kollox jista’ jiġri u kollox jiżvolġi biż-żmien. Bi Juan Cuadrado, Martín Cáceres, Neto, Stephan Lichtsteiner, Kwadwo Asamoah, Àlvaro Morata u issa anke Paul Pogba jistgħu jħallu l-klabb minn Turin.

Nistennew u naraw. L-1 ta’ Lulju, dalwaqt.