Aġilità. Veloċità. Dribbling. Crosses. Passing. Teknika. Dawn il-karatteristiċi kollha f’daqqa ma nsibuhom f’ħadd ħlief f’Douglas Costa.
Douglas Costa li dal-aħħar sab il-forma fit-tim ta’ Juventus; kemm meta jibda l-partita kif ukoll meta jidħol bħala sostitut, Douglas qed ikun essenzjali u vitali fil-fażi offensiva.
Tista’ tgħid li qed jinħass ħafna n-nuqqas tiegħu meta ma jkunx fil-pitch u l-kreattività tiegħu fil-fażi offensiva qed tkun essenzjali biex nagħtu dak in-nifs lit-tim.
Douglas Costa. Għandna nistennew li jkun l-player li jibdel l-andament tal-logħba, anka fl-logħbiet importantissimi.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com