Il-kampjonat tan-nisa tas-Serie A ser jibda fil-15 ta’ Settembru hekk kif il-FIGC żvelaw id-dati kollha tal-edizzjoni li jmiss għall-istaġun 2018/2019.

Ser ikun hemm waqfa xitwija fit-23 ta’ Diċembru sal-4 ta’ Jannar tal-2019 filwaqt li l-aħħar ġurnata tal-kampjonat ser tkun fit-13 t’April.

It-timijiet li applikaw għall-kampjonat huma Atalanta Mozzanica, Fimauto Valpolicella ChievoVerona, Fiorentina Women’s, Florentia, Juventus, Milan, Orobica, Pink Bari, Roma, Sassuolo, Tavagnacco u Verona Women.

Sadanittant, il-Coppa Italia ser tibda fid-9 ta’ Settembru fejn fl-ewwel rounds se jilagħbu t-timijiet tas-Serie B filwaqt li dawk tas-Serie A se jidħlu fl-azzjoni fit-8 ta’ Diċembru. Jekk l-ebda tim Taljan ma jkun qiegħed fil-finali tal-UEFA Women’s Champions League, il-finali tintlagħab fis-27 t’April tal-2019.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280