Il-bidu tal-istaġun il-ġdid qiegħed wara l-bieb u Juventus Women diġà qegħdin jippreparaw għall-kampanja li jmiss, li se tkun waħda importanti hekk kif huma se jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-UEFA Women’s Champions League għall-ewwel darba.
Bħala parti mill-preparamenti għal kompetizzjoni bħal dik, Juventus se jkunu qegħdin jilagħbu xi logħbiet ta’ ħbiberija kontra timijiet ta’ ċertu stoffa.
L-ewwel waħda se tkun dik kontra Arsenal Women, fil-5 t’Awissu ġewwa Londra.
Arsenal huma meqjusa fost il-ġganti tal-futbol Ingliż hekk kif rebħu l-kampjonat għal 12-il darba filwaqt li anke kienu champions tal-Ewropa lura fl-2006.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






