minn Jean Borg, President Onorarju tal-JCMCB

Tlettax-il sena ilu nħoloq komplott biex tefgħuna fl-infern u pprovaw jeħilsu minna darba għal dejjem. Veru, setgħet kienet fatali għalina imma ma kienx hekk. Ġejna lura, bdejna bil-mod u batejna. Il-ħidma kompliet u fl-2011 ftaħna d-dar tagħna u konna l-ewwel klabb fl-Italja li għamilna dan.

Beda r-rebħ kontinwu, kampjonat wieħed wara l-ieħor, Coppa Italia waħda wara l-oħra u għamilna rekord ta’ rebħ ukoll f`din il-kompetizzjoni, u kif ukoll fis-Super Cup tal-Italja. Ma nistgħux ninsew ukoll iż-żewġ finali fiċ-Champions League.

U din it-tazza li semmejt l-aħħar hi t-tazza li sena wara l-oħra tibqa’ l-ossessjoni tagħna, din it-tazza li kull Juventin jixtieq aktar minn kull titlu u tazza oħra. Huwa fatt li veru nixtiquha u veru li ngħidu li din hija tazza misħuta għalina imma jibqa’ l-fatt ukoll li dak li għamilna aħna fil-kampjonat Taljan f`dawn l-aħħar snin huwa kapolavur kbir.

Nazzarda ngħid li diffiċli jew li ħadd ma jagħmel dan fl-istorja tal-futbol fl-Italja jekk mhux aħna u aħna biss.

Kultant nibda naħseb u ngħid kemm m’aħniex napprezzaw dan kollu minħabba l-ossessjoni li tibqa’ tiġri warajna sena wara sena għal din it-tazza ta’ widnejha kbar. Ninsew li dan huwa t-tmien kampjonat, wieħed wara l-ieħor. Ktibna l-istorja sena wara sena u ma nagħtux valur lil dak kollu li għamilna, iżda ninsewh.

Imma għaliex dan? Drajna nirbħu? Nirbħu fl-Italja biss? Żgur li mhumiex il-fatti. Nirbħu fl-Italja għax sena wara sena saħħaħna l-iskwadra u timijiet oħra m’għamlux dan. Għandna diriġenza Juventina ta’ veru, diriġenza li tħobb lil dan il-klabb u lil dawn il-kuluri. Ħaddieħor m’għandux li għandna aħna u jidher biċ-ċar.

Wasal iż-żmien li nibdew nirrealizzaw dak kollu li għamilna minn Lulju tal-2006 sal-ġurnata tal-lum u nagħtu valur lil dak li rbaħna. Din it-tazza li tant nixtiequ tasal, kif waslu dawn l-unuri fl-Italja u nemmen li bid-diriġenza li għandna u l-iskwadra dejjem tissaħħaħ ma’ kull staġun, se jkollna ħafna aktar snin ta’ dominju u rebħ, kemm fl-Italja u kif ukoll fl-Ewropa.

U ma rridu ninsew qatt li aħna Juventus. Aħna dawk li sal-aħħar u dejjem hemm, u meta ngħid sal-aħħar sal-aħħar u dejjem dejjem.

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280