Hekk kif April jibda jidħol ġmielu u jibda jersaq is-sajf, jibdew ikunu magħrufa xi rebbieħa tal-kampjonati u xi ċaqliq fejn jidħlu plejers, kowċis u diriġenzi.

Juventus, bħal kull tim ieħor ukoll ikunu involuti sew fit-trasferimenti u spekulazzjonijiet. Ħrejjef biss? Stejjer ivvintati? Ħafna drabi iva. Ħafna plejers jibdew jissemmew u ħafna plejers jirrifjutaw.

Din is-sena jidher li se jkollna sajf ieħor ta’ qtigħ il-qalb sal-aħħar. Edinson Cavani, Yaya Touré, Javier Pastore, Adrien Rabiot, Danilo, Domenico Berardi u ħafna iktar ismijiet diġà bdew jissemmew. Is-saga ta’ Álvaro Morata, il-kuntratti ta’ Max Allegri u Andrea Barzagli u ħafna iktar aħbarijiet.

Kemm huma reali dawn l-ispekulazzjonijiet? Jispiċċaw ikunu ħrejjef? Stejjer ivvintati? Meta se jasal dak il-plejer għal somma għolja? Dak il-plejer ta’ isem kbir? Għandna nagħtu kas il-ħrejjef?