Juventus huma r-rebbieħa tal-kampjonat Serie A 2015/16 għall-ħames darba konsekuttiva. Ir-rebħ ta’ dan il-kampjonat jistabbilixxi diversi rekords mit-tim Taljan plurititolat.
1. L-iktar tim li kellu żvantaġġ u għamel rimonta u ħa l-lig. Lazio kienu rkupraw disa’ punti propja kontra Juventus fis-sena tal-grawnd mgħerreq ta’ Perugia. Dis-sena Juventus irkupraw ħdax-il punt fuq il-capolista ta’ dak iż-żmien: Roma.
2. L-unika tim li għamel il-manita darbtejn. L-ewwel darba kien bejn l-1930 u l-1935.
3. L-unika tim li rebaħ ħames scudetti konsekuttivi fil-grawnd wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Inter rebħu erbgħa mill-2006 sal-2010 u wieħed fuq il-mejda, dak tal-2005/06. Torino kienu ħadu ħamsa wkoll imma wieħed minnhom ittieħed f’nofs il-gwerra.
4. L-unika tim li ħa ħames kampjonati wara xulxin fil-grawnd bil-lig dejjem ikun magħmul minn 20 tim. Fil-passat kien hemm kampjonati magħmulin minn 18, 16 u anke 14-il tim. Inter ukoll kienu ħadu ħamsa b’għoxrin tim. Ma ninsewx li kif diġà spjegat, Inter kienu ħadu wieħed fuq il-mejda, assenjat minn Guido Rossi, eksħaddiem ta’ Inter, fil-proċess Calciopoli, li ngħalaq m’ilux fejn ma nstab l-ebda ħati ħlief referì wieħed f’logħba li ma tikkonċernax lil Juventus.
Ħalli Kumment