Gowl ta’ Fabian Schär kien biżżejjed għall-Iżvizzera biex għelbu lill-Albanija, li lagħbu l-ewwel logħba f’turnew internazzjonali bi plejer inqas sa mis-36 minuta tal-ewwel taqsima.
– L-Iżvizzera qatt ma tilfu kontra l-Albanija, b’6 rebħiet u draw f’7 logħbiet.
– Xherdan Shaqiri kellu sehem f’9 gowls fl-aħħar 8 logħbiet li lagħab għal pajjiżu, b’4 gowls u 5 assists.
– L-Albanija saru r-4 tim li qala’ karta ħamra fid-debutt tagħhom fl-EURO wara l-Ingilterra fl-1968, l-Olanda fl-1976 u l-Bulgarija fl-1996.
– Din hi l-ewwel darba li avversarju tal-Iżvizzera safa mkeċċi matul l-EURO.
– Din kienet l-ewwel darba li l-Iżvizzera rebħu logħba ta’ debutt fil-fażi finali tal-EURO.
– B’din ir-rebħa, l-Iżvizzera rebħu t-tieni logħba minn 10 f’fażi finali tal-EURO.
– Is-safra ta’ Ergys Kace, 81 sekonda wara li daħal bħala sostitut, hi l-iktar karta safra veloċi fl-EURO wara dik mogħtija lil Vonlanthen fl-2008 (36 sekonda).
– Granit Xhaka mess 129 darba l-ballun, biex kiser rekord nazzjonali għall-Iżvizzera fl-EURO.
Ħalli Kumment