Affarjiet xejn sbieħ hekk kif wara t-tmiem tal-partita bejn Ingilterra u Russja, partitarji Russi spiċċaw jaqilgħu ħafna inkwiet f’Marsilja, saħansitra aħbarijiet anke qed jgħidu li mietet persuna.
Ikomplu jsiru l-mistoqsijiet fuq is-sigurtà Franċiża hekk kif wara l-logħba minn Grupp B, filmati juru li partitarji Russi xeħtu flare qalb is-sapporters Ingliżi. Dan kollu seħħ wara li iktar kmieni filgħodu nqala’ ġlied kbir bejn l-istess partitarji Russi u Ingliżi.
F’Nizza, ukoll qed jingħad li hemm ġlied kbir bejn partitarji tal-Irlanda ta’ Fuq, Pollakki u n-nies tal-lokal. Dan kollu qed iwassal biex ikun hemm ġenn u biża’ kbir hekk kif il-militar u s-sigurtà kollha qed titfa’ pressjoni biex tnaqqas il-vjolenza li qed tinqala’ iktar milli tħares minn xi attakk terroristiku.
Sors: BBC/Telegraph/Independent
Ħalli Kumment