Minkejja differenza enormi bejn il-valur u s-saħħa tal-iskwadri rispettivi, il-Protugall ma rnexxilhomx jegħlbu lill-Iżlanda u kisbu biss punt fi draw ta’ 1-1. Għall-Portugall skurja Nani iżda fit-tieni taqsima rrisponda Bjarnason.

– Cristiano Ronaldo laħaq lil Luis Figo bl-ikbar ammont ta’ caps mat-tim nazzjonali tal-Portugall (127 cap).
– Din hi l-ewwel darba li Nani skurja f’logħob konsekuttivi għall-Portugall sa minn Settembru tal-2008.
– Hannes Thór Halldórsson, il-goalkeeper tal-Iżlanda, mess il-ballun 30 darba fl-ewwel taqsima. Iktar minn kull plejer ieħor ta’ pajjiżu.
– Il-gowl tal-Iżlanda wasal fil-50 minuta, u kien l-ewwel xutt li kellhom sa mit-3 minuta tal-ewwel taqsima.
– Renato Sanches hu l-iżgħar plejer li qatt lagħab għall-Portugall f’turnew maġġuri. Hu għandu 18-il sena u 301 ġurnata u b’hekk għeleb lil Ronaldo, li kien iddebutta ta’ 19-il sena u 128 ġurnata.
– Il-Portugall qatt ma rebħu l-ewwel logħba tagħhom f’turnew maġġuri sa mill-2008 (2 draws u 2 telfiet)
– Hannes Thór Halldórsson qabeż l-ammont ta’ saves matul logħba fil-fażi finali tal-EURO li kien għamel Joe Hart kontra l-Italja fl-2012.
– Cristiano Ronaldo għandu r-rekord tal-iktar ammont ta’ xuttijiet f’logħba (10 kontra l-Olanda fl-2012) f’logħba tal-EURO sa mill-1980.
– Cristiano Ronaldo kellu 10 xuttijiet matul il-logħba, imma wieħed biss kien lejn il-lasta.