Rebħa storika għall-Irlanda ta’ Fuq, meta kontra l-Ukrajna rebħu 2-0.

Il-qilla tax-xita ma tellfitx lill-Irlandiżi milli jirbħu logħba importanti u li tathom iċ-ċans li jikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss, għalkhemm issa għandhom għadma iebsa kontra l-Ġermanja.

Fit-tieni taqsima, kross ta’ Norwood isib lil McAuley li b’daqqa ta’ ras sabiħa ħafna jegħleb totalment lil Pyatov. L-Ukrajna baqgħu javvanzaw u jipprovaw iġibu d-draw imma fl-aħħar mumenti tal-partita, xutt minn barra tal-Irlandiżi jiġi milqugħ minn Pyatov li madankollu jispiċċa f’sieq McGinn li sab ix-xibka mingħajr problemi.

dical-banner-1200×280